Stħarriġ dwar il-Ħiliet f’Malta 2022
Nifhmu Aħjar il-Kapaċitajiet Tagħna
HOME
X’INHU L- MALTA SKILLS SURVEY?
Nifhmu Aħjar il-Kapaċitajiet Tagħna
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qed iwettaq eżerċizzju nazzjonali li għandu jagħti deskrizzjoni tal-ħiliet tal-popolazzjoni fis-suq tax-xogħol. L-Istħarriġ dwar il-Ħiliet f'Malta se jkun l-ewwel eżerċizzju nazzjonali tax-xorta tiegħu u mistenni jitfa’ dawl fuq il-profil tal-ħiliet tal-ħaddiema f'Malta. L-istħarriġ ġie mniedi fil-5 ta' Ottubru 2022.
MIN SE JKUN QIEGĦED JIPPARTEĊIPA?
X’JIĠRI F’KAŻ LI DAWK LI JKUNU NTGĦAŻLU GĦALL-ISTĦARRIĠ DWAR IL-ĦILIET F’MALTA JKUNU NIEQSA TEMPORANJAMENT MID-DAR?
Persuni li jinsabu fuq btala jew mhux residenti f'Malta temporanjament minħabba xogħol, studju, jew raġunijiet mediċi għandhom jikkuntattjaw lill-uffiċċju.
M’INIEX ĊITTADIN MALTI
Kull persuna li rċeviet l-ittra mingħand l-NSO u ilha tgħix f'Malta minn tal-inqas ħames snin, trid timla l-kwestjonarju online jew bit-telefon.
Għaliex huwa importanti dan l-Istħarriġ?
Malta hi limitata fir-riżorsi naturali tagħha. Il-kapital uman huwa dak ir-riżors disponibbli l-aktar importanti u abbundanti biex jiżgura l-progress u l-prosperità ekonomika tal-pajjiż. It-tfassil tal-profili tal-ħiliet disponibbli fis-suq tax-xogħol huwa għalhekk kruċjali. Id-data miġbura permezz ta’ dan l-istħarriġ se tgħin biex tattira interessi kummerċjali ġodda mfassla għas-suq tax-xogħol disponibbli, filwaqt li tipprovdi wkoll informazzjoni dwar kwalunkwe nuqqas eżistenti fil-ħiliet. Dan jagħmel l-istħarriġ sors ewlieni ta’ data għal dawk li jfasslu l-politika u r-riċerkaturi.
Il-parteċipazzjoni hija obbligatorja?
Aktar informazzjoni
Il-parteċipazzjoni fl-istħarriġ hija obbligatorja għal dawk magħżula fil-kampjun. L-istħarriġ qed isir skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Awtorità Maltija tal-Istatistika (2000).
X'jiġri jekk ma nitkellimx bil-Malti jew bl-Ingliż?
Aktar informazzjoni
Il-kwestjonarju se jkun disponibbli bil-Malti u bl-Ingliż. Jekk tiltaqa' ma' xi diffikultajiet, tista' titlob l-għajnuna billi tibgħat email fuq skills.survey@gov.mt
Jista' xi ħadd jiġi fl-indirizz tiegħi u jgħini?
Aktar informazzjoni
Għal dan l-istħarriġ mhux se jiġu offruti żjarat wiċċ imb'wiċċ. Wieħed jista’ jew jagħmel dan online, jagħmel kuntatt bil-freephone għall-għajnuna jew inkella jibgħat email lil skills.survey@gov.mt.
X'inhu inkluż fl-Istħarriġ?
- Demografija
- Impjieg
- Ħiliet relatati mal-arti u l- kreattività
- Ħiliet relatati mal-kostruzzjoni
- Ħiliet relatati mal-biedja u s-sajd
- Ħiliet relatati mal-għodda u l-makkinarju
- Ħiliet relatati mal-għajnuna medika u l-kura
- Ħiliet relatati mal-komunikazzjoni u kollaborazzjoni
- Ħiliet relatati mal-Informatika
- Ħiliet relatati mall-kompjuter
- Edukazzjoni u kwalifiki
- Lingwi
- Liċenzji
Nota: Kull tagħrif personali miġbur mill-NSO jiġi meqjus bħala kunfidenzjali u jintuża għall-għan ta’ statistika biss.
Għal aktar tagħrif dwar x’fih il-kwestjonarju tal-Istħarriġ dwar il-Ħiliet f’Malta, tista’ tniżżel dan il-ktejjeb li ġej hawn

Għandek xi diffikulta?
Agħmel kuntatt mall-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika
Contact
Uffiċċju
National Statistics Office, Lascaris, Valletta VLT2000
Ċemplilna
1712