Dwar l-NSO
Il-Produzzjoni ta' statistika u analiżi ta’ kwalità għolja għal teħid ta’ deċiżjonijiet aħjar f’Malta.
About US

MINN 1947
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika f'Malta
The Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) twaqqaf f’Marzu tal-1947. Madankollu, l-istatistika uffiċjali kienet ilha tiġi kkompilata u ppubblikata għal ħafna snin. Fl-1872, il-pubblikazzjoni uffiċjali bl-isem ta’ ‘The Malta Blue Book’ kienet tat dehra tal-istatistika ta’ Malta u d-Dipendenzi tagħha mill-1863 sal-1872, li fost oħrajn, kienet tkopri l-popolazzjoni, l-edukazzjoni, l-finanzi, u l-kummerċ. Wieħed mill-ewwel volumi ta’ ‘The Blue Book for the Colony of Malta’ kien ippubblikat fl-1851 u kien jinkludi ġabra fil-qosor tal-għadd tal-popolazzjoni li ħareġ miċ-Ċensiment tal-1842.
L-NSO huwa l-fergħa eżekuttiva tal- Awtorità Maltija tal-Istatistika. Huwa responsabbli għall-ġbir, l-ikkompilar, l-analiżi u l-pubblikazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' informazzjoni ta’ statistika u ħwejjeġ relatati. Dan ma jwaqqafx dipartimenti jew istituzzjonijiet oħra tal-gvern milli jiġbru d-data tal-istatistika huma wkoll għall-għanijiet tagħhom.
It-tagħrif mogħti lill-NSO huwa meqjus bħala kunfidenzjali. Dan it-tagħrif jintuża biss fl-ikkompilar tar-rapporti ta’ statistika. L-ebda tagħrif dwar prospetti individwali ma jista’ jingħata lil xi entità oħra, kemm pubblika u kemm privata.
L-NSO u l-attivitajiet tiegħu huma rregolati mill-Att tal- Awtorita' Maltija tal-Istatistika.
Il- Valuri Tagħna
Indipendenza
Nipproduċu statistika u analiżi ħielsa minn influwenza esterna.
Oġġettività
Nippreżentaw stampa vera u fattwali tal-isferi ekonomiċi u soċjali permezz tal-istatistika.
FIDUĊJA
Nimpenjaw ruħna biex nipproduċu statistika ta’ kwalità u nrawmu l-kredibiltà tagħna billi nwettqu l-aspettattivi tas-settur pubbliku, il-komunità tan-negozju u s-soċjetà ċivili.
Onestà
Nżommu sod ma’ dak li hu tajjeb, inkunu veritiera, miftuħa, ċari u koerenti.
Uffiċċju
National Statistics Office, Lascaris, Valletta VLT2000
Ċemplilna
1712