Parteċipazzjoni
Il-parteċipazzjoni fl-Istħarriġ dwar il-Ħiliet f’Malta hija obbligatorja?
Li tieħu sehem fl-istħarriġ huwa obbligatorju għal dawk magħżula fil-kampjun. L-istħarriġ qiegħed isir skont id-dispożizzjonijiet tal- Att tal-Awtorità tal-Istatistika ta' Malta. tas-sena 2000. L-NSO jassigura li t-tagħrif kollu qed jintalab skont l- Att dwar il-Protezzjoni tad-Data - Kap 586 tal-Liġijiet ta’ Malta li jdaħħal fis-seħħ ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR). It-tagħrif kollu pprovdut jibqa' kunfidenzjali u jintuża għal skopijiet ta' statistika biss. Ħajr bil-quddiem tas-sehem tagħkom.

IT-TAQSIMIET KOLLHA TAL-KWESTJONARJU GĦANDHOM JIMTLEW F’DARBA?
Tagħrif li ma jkunx sħiħ jinżamm progressivament meta timla l-kwestjonarju online. Għalhekk, tkun tista' tieqaf milli timla l-kwestjonarju f’kull ħin u terġa' lura għalih aktar tard billi terġa' tidħol bil-kredenzjali tiegħek.
Se nirċievi kwestjonarju fuq il-karta?
Minħabba għanijiet ambjentali, mhux se jkun hemm kwestjonarji fuq il-karta. Dawk magħżula għall-istħarriġ se jirċievu ittra uffiċjali tal-NSO bil-kredenzjali u l-informazzjoni tal-login meħtieġa biex jidħlu fil-kwestjonarju online.
KIF NISTA NIVVERIFIKA LI L-INTERVISTATUR HUWA LEĠITTMU U MILL-NSO?
L-intervistaturi tagħna se jintroduċu lilhom infushom u jispjegaw li huma impjegati tal-NSO. F’każ li jkollok xi dubji, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju biex tikkonferma l-identità tal-intervistatur.
Uffiċċju
National Statistics Office, Lascaris, Valletta VLT2000
Ċemplilna
1712