Għajnuna u FAQs

help-faqs

Għaliex il-parteċipazzjoni f'dan l-istħarriġ hija importanti?

Malta għandha ftit riżorsi naturali. Il-kapital uman huwa r-riżors l-aktar importanti u abbundanti li għandna biex naċċertaw ruħna mill-progress u l-ġid ekonomiku tal-pajjiż. Għalhekk, it-tfassil tal-profili tal-ħiliet tan-nies li jistgħu jaħdmu huwa ta’ importanza kbira. Id-data miġbura permezz ta’ dan l-istħarriġ se tgħin biex tiġbed lejna interessi kummerċjali ġodda maqtugħa għan-nies li għandna u li jistgħu jaħdmu, filwaqt li tħejji wkoll tagħrif dwar kull nuqqas li għandna fil-ħiliet. Dan jagħmel l-istħarriġ sors ewlieni ta’ data għal dawk li jfasslu l-politika u r-riċerkaturi.

X'għandi nagħmel f'każ ta' diffikulta'?

Aktar informazzjoni

Tista' tikkuntattjana fuq il-freephone 1712 mit-Tnejn sal-Ħadd bejn it-8:00am u t- 8:00pm, jew billi tibgħat email fuq skills.survey@gov.mt.

 

X'jiġri jekk l-indirizz fuq il-formola ma jaqbilx mal-indirizz attwali tiegħi?

Aktar informazzjoni

F’każ li l-indirizz ma jkunx l-istess bħal dak mogħti minn qabel fil-kwestjonarju online, l-individwu xorta waħda għandu jwieġeb għall-istħarriġ u jirranġa l-indirizz skont il-post ta’ residenza fil-mument.

 

l

Kif nista’ nieħu sehem fl-Istħarriġ dwar il-Ħiliet f’Malta?

 

Jekk inti fost il-130,000 persuna magħżula għall- Istħarriġ dwar il-Ħiliet f’Malta, tista’ tagħżel li tieħu sehem permezz ta’ wieħed minn dawn il-modi:

  • Billi timla formola online li tidħol fiha bil-kredenzjali mibgħuta bil-posta; jew
  • B’intervista bit-telefon

 

Għal raġunijiet ta’ sigurtà, qabel ma tidħol fil-kwestjonarju online, inti se tintalab iddaħħal il-kredenzjali, inkluż in-numru ta’ referenza u l-password, li jinstabu fl-ittra mibgħuta bil-posta mill-NSO f’Settembru 2022. Meta tkun dħalt, int se tintalab tikkonferma d-dettalji personali u tipprovdi kull tagħrif li jkun nieqes. 

Għaliex dan l-istħarriġ huwa online?

Aktar informazzjoni

L-aċċessibbiltà online se tippermetti lill-individwi kollha jwieġbu permezz ta' portal sigur fi kwalunkwe ħinmatul il-ġurnata. Fl-eventwalità li l-parteċipazzjoni permezz tal-formola online ma tkunx possibbli, l-NSO se jkun qed jiġbor ukoll tweġibiet bit-telefon permezz tal-assistenza minn impjegati tal-NSO.

Kif għandi nwieġeb?

Aktar informazzjoni

Il-maġġoranza tal-mistoqsijiet għandhom lista ta’ għażliet li trid tagħżel minnhom. Xi mistoqsijiet se jippermettu lil min iwieġeb jagħżel tweġiba waħda biss, waqt li oħrajn jeħtieġu aktar minn għażla waħda. It-test ħieles ikun possibbli f'każijiet fejn min iwieġeb ikollu jispeċifika u jelabora fuq t-tweġiba li jkun ta.

Għandi bżonn nimla t-taqsimiet kollha tal-kwestjonarju f'darba?

Aktar informazzjoni

Jekk tintuża l-kwestjonarju online, wieħed jista’ jieqaf jimlieh fi kwalunkwe ħin. L-infomazzjoni tinżamm awtomatikament sal-punt li wieħed ikun lesta. Għalhekk, stħarriġ mimli parzjalment jista' jitlesta aktar tard wara li terġa' tilloggja.

Se nirċievi kwestjonarju fuq il-karta?

Aktar informazzjoni

Minħabba għanijiet ambjentali, mhux se jkun hemm kwestjonarji fuq il-karta. Dawk magħżula għall-istħarriġ se jirċievu ittra uffiċjali tal-NSO bil-kredenzjali u l-informazzjoni tal-login meħtieġa biex jidħlu fil-kwestjonarju online.

t

Liema mistoqsijiet huma inklużi fl-Istħarriġ dwar il-Ħiliet f’Malta?

Il-kwestjonarju se jkopri biss is-suġġetti mniżżla hawn taħt:

  • Demografija
  • Impjieg
  • Ħiliet relatati mal-arti u l- kreattività
  • Ħiliet relatati mal-kostruzzjoni
  • Ħiliet relatati mal-biedja u s-sajd
  • Ħiliet relatati mal-għodda u l-makkinarju
  • Ħiliet relatati mal-għajnuna medika u l-kura
  • Ħiliet relatati mal-komunikazzjoni u kollaborazzjoni
  • Ħiliet relatati mal-Informatika
  • Ħiliet relatati mall-kompjuter
  • Edukazzjoni u kwalifiki
  • Lingwi
  • Liċenzji

 

Liema mistoqsijiet mhumiex inklużi f'dan l-istħarriġ?

Aktar informazzjoni
  • Numru tas-sigurta' soċjali
  • Dettalji relatati mall-bank jew karta tal-kreditu
  • Informazzjoni relatata ma' partiti politiċi
  • Mistoqsijiet fuq dħul finanzjarju, etċ
  • Flus u donazzjonijiet
  • Passwords personali

X'jiġri f'każ li għandi bżonn għajnuna b'mistoqsija partikolari?

Aktar informazzjoni

Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex twieġeb il-kwestjonarju, tista' tikkuntattja l-uffiċċju bit-telefon jew ibgħatilna email fuq skills.survey@gov.mt

 

Kif immur minn paġna għall-oħra?

Aktar informazzjoni

Fir-rokna t'isfel fin-naħa tal-lemin ta' kull paġna għandek issib il-buttuna LI JMISS. Ikklikkja din il-buttuna biex tmur għall-mistoqsija li jmiss

Kif nikkoreġi żball fuq il-kwestjonarju online?

Aktar informazzjoni

Jekk tħoss li għamilt xi żball, tista’ terġa’ tmur lura fil-kwestjonarju online, tikkoreġih, u terġa’ tissottometti l-informazzjoni, biss jekk ma tkunx diġà bgħattha. Jekk tkun diġà ssottomettejt il-kwestjonarju, ibgħat email lil skills.survey@gov.mt

Kif nista' nivverifika li l-persuna li ċċempel hija leġittma u mill-NSO?

Aktar informazzjoni

L-intervistaturi tagħna se jintroduċu lilhom infushom u jispjegaw li huma impjegati tal-NSO. F’każ li jkollok xi dubji, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju biex tikkonferma l-identità tal-intervistatur.

 

 

 

 

Uffiċċju

National Statistics Office, Lascaris, Valletta VLT2000

Ċemplilna

1712

Ibgħat Email

MTMT
Skip to content