Aħbarijiet
Aħbarijiet u Avvenimenti
news
Mad-90,000 rispons għall-istħarriġ nazzjonali dwar dawk li jaħdmu
Artiklu fuq ONE fir-rigward tar-rata ta’ rispons għall-Malta Skills Survey. Wara biss sitt ġimgħat, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ġabar xejn inqas minn disgħin elf risposta bħala parti mill-eżerċizzju nazzjonali li jinsab għaddej, biex l-istess Uffiċċju jkollu stampa ċara tal-ħiliet u l-kwalifika fost il-popolazzjoni li taħdem f’pajjiżna.


Kemm għandha ħiliet il-forza tax-xogħol ta’ Malta? Dan l-Istħarriġ se jkun qed jiskopri dan.
Artiklu fuq Lovin Malta dwar il-Malta Skills Survey. Għall-ewwel darba, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qed jagħmel eżerċizzju biex jivvaluta l-ħiliet tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol f’Malta.
Tnedija uffiċċjali tal-Malta Skills Survey
Fil-5 ta’ Ottubru 2022, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nieda uffiċjalment il-Malta Skills Survey, f’attività li saret fil-Gran Salon fil-Mużew Arkeoloġiku fil-Belt Valletta. Il-Ministru għall-Finanzi u l-Impjiegi, l-Onor. Clyde Caruana kien ukoll preżenti.

Uffiċċju
National Statistics Office, Lascaris, Valletta VLT2000
Ċemplilna
1712