Sigurta' u Privatezza

Security 

Il-Garanzija tagħna

It-tweġibiet tiegħi huma siguri?

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal- Att dwar l-Awtorità Maltija tal-Istatistika 2000, l-informazzjoni kollha miġbura mill-NSO hija kunfidenzjali. L-NSO tiġbor data għal skopijiet ta’ statistika biss u ma tistax tippubblika informazzjoni identifikabbli jew taqsamha ma’ partijiet terzi. L-NSO se tapplika l-proċessi kollha meħtieġa ta’ kunfidenzjalità u ta’ anonimizzazzjoni għad-data ladarba tinġabar.

 

 

Qabel il-proċess tal-ġbir tad-data, l-intervistaturi kollha jieħdu ġurament ta’ segretezza kif stipulat fl- Att dwar l-Awtorità Maltija tal-Istatistika 2000 biex jiġi żgurat li l-informazzjoni personali tinżamm kunfidenzjali u sigura. Kwalunkwe apparat elettroniku użat matul il-proċess tal-ġbir tad-data (eż. tablets) se jiġi kkonfigurat b’tali mod (permezz ta’ kriptaġġ) biex jiżgura protezzjoni massima tad-data.

Konferma tal-IDENTITÀ TAl-INTERVISTATUR

Kull meta parteċipant jiġi kkuntattjat mill-intervistaturi tagħna, dawn se jintroduċu lilhom infushom u jispjegaw li huma impjegati tal-NSO. F’każ li jkollok xi dubji, tista’ ċċempel lill-Uffiċċju tagħna biex tikkonferma l-identità tal-intervistatur.

 

Kunfidenzjalita'

L-informazzjoni tiegħek hija kunfidenzjali. L-NSO jiġbor data għal skopijiet ta' statistika biss u ma jistax jaqsam jew jippubblika xi informazzjoni identifikabbli ta' partijiet terzi. 

SUSPETT TA’ FRODI

F'każ ta' suspett ta' frodi, tista' tikkuntattja lill-uffiċċju tagħna biex tivverifika l-link tal-pjattaforma tal-web użata jew biex tivverifika l-identità tal-intervistatur tal-NSO.

 

X'mistoqsiiet mhumiex inklużi fl-Istħarriġ dwar il-Ħiliet f’Malta?

L-informazzjoni li ġejja mhux se tintalab bħala parti mill-istħarriġ:

- Numru tas-Sigurtà Soċjali;
- Informazzjoni bankarja jew dwar karti ta' kreditu;
- Affiljazzjoni ma’ partit politiku;
- Dħul finanzjarju;
- Flus u donazzjonijiet; u
- Passwords personali.

 

 

Kif tevita scams u frodi?

Il-phishing huwa att kriminali li bih xi ħadd jipprova jikseb l-informazzjoni tiegħek billi jippretendi li huwa entità affidabbli. Il-websites uffiċjali kollha tal-Gvern jispiċċaw b’“.gov.mt”.

Uffiċċju

National Statistics Office, Lascaris, Valletta VLT2000

Ċemplilna

1712

Ibgħat Email

MTMT
Skip to content